[Main Menu] | [TOP]

Summer 2009issue #022

L-R: the Hon Chris Said, Parliamentary Secretary for Public Consultation and Information and the Hon. Mario de Marco, Parliamentary Secretary for Tourism addressing the press conference

Scheme in aid of local councils to organise major events during the year

With a joint-fund of €250,000 distributed annually, the Department for Local Government and the Malta Tourism Authority aim to encourage further growth in off-peak tourism and a wider interest in rural localities and their heritage.

The scheme was introduced last year by the Department for Local Government to aid local councils develop their cultural and social identity. Following the eager participation of local councils, the Malta Tourism Authority will become an active partner in this scheme by contributing funds and expertise to further increase the quality and quantity of attractions available for a sustainable growth in tourism.

The scheme was officially introduced by the Hon Chris Said, Parliamentary Secretary for Public Consultation and Information together with the Hon. Mario de Marco, Parliamentary Secretary for Tourism.

For convenience, the guide lines [PDF] and application form [Word] are available for download.

The press release in Maltese follows:


IMNEDIJA SKEMA TA’ GĦAJNUNA GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TA’ ATTIVITAJIET MILL-KUNSILLI LOKALI

Bħala parti mill-miżuri tal-gvern biex jgħin fl-iżvilupp ta’ lokalitajiet sostenibbli, tnieda fond konġunt ta’ €250,000 bejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, sabiex jassisti l-Kunsilli lokali fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet matul is-sena. Din l-iskema ta’ għajnuna tniedet mill-Onor Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni flimkien mal-Onor Mario de Marco, Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu.

L-għanijiet tal-iskema huma dawk imqiegħda fil-Politika tal-Gvern Lokali u fil-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu: i.e. il-ħtieġa tad-diversifikazzjoni tal-prodott; it-tnaqqis fl-istaġjonalità u d-distribuzzjoni aħjar tal-effett tat-turiżmu bejn il-lokalitajiet. Din l-iskema qed tagħti inċentiv lill-Kunsilli Lokali biex jipproponu inizjattivi biex jippromwovu l-aspetti kulturali tal-lokalitajiet tagħhom u l-identità partikulari li ssawwarhom.

Is-Segretarju Parlamentaru Said stqarr li din is-sena iż-żewġ Segretarjati Parlamenari qed jgħaqqdu r-riżorsi taghħhom flimkien ukoll mal-MTA biex jibnu fuq l-impatt pożittiv tal-ewwel skema li din is-sena qed tgħin 27 lokalità. Grazzi għal dan il-ftehim l-ammont provdut għal din l-iskema kważi rdoppja għall-2010.

“Permezz ta’ din l-inizjattiva rajna li l-attivitajiet ma baqgħux isiru biss fil-lokalitajiet ‘primarji’ imma ġew esitizi wkoll ghal lokalitajiet mhux tradizzjonalment kunsidrati li jattiraw ammont konsiderevoli ta’ nies minn barra r-raħal jew minn turisti. B’hekk qed nagħrfu nisfruttaw il-potenzjal tal-irħula u l-ibliet tagħna u noħolqu kuxjenza tad-diversità kulturali f’pajjiżna,” kompla Dr Said.

Huwa qal li l-iskema qed tinkoraġixxi lill-Kunsilli Lokali sabiex jiffurmaw konsorzja bejniethom bl-għan li joħolqu avvenimenti li jħallu impatt ikbar, u b’hekk ikunu jappellaw għal numru ikbar ta’ udjenzi, speċjalment fil-perjodi meqjusa bħala ‘shoulder months’ fit-turiżmu.

Dr Said temm billi ħabbar li d-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet sottomessi mill-Kunsilli Lokali hija l-11 ta’ Settembru 2009; u li l-perjodi eliġibbli għall-avvenimenti huma mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-15 ta’ Ġunju 2010 u mill-15 ta’ Settembru 2010 sat-31 ta’ Diċembru 2010.

Is-Segretarju Parlamentari de Marco qal li l-iskema hija maħsuba wkoll sabiex il-Kunsilli Lokali jaraw kif jisfruttaw il-wirt kulturali u storiku tagħhom permezz ta’ attivitajiet li minhom igawdu l-Maltin, u fl-istess ħin jarrikixxu l-kalendarju ta’ attivitajiet li aħna noffru lit-turisti li jżuruna. Huwa rrefera għal stħarriġ tal-MTA, li juri li s-sena l-oħra huma stmati li Malta ġew aktar minn 170,000 turist apposta minħabba l-wirt storiku u l-kultura tagħna – i.e. madwar 13% tat-turisti kollha li żaru pajjiżna.

“L-Għaqda Dinjija tat-Turiżmu (UNWTO) tisħaq fuq dak li ssejjaħ il-kunċett ta’ ‘creative city’ – fejn il-kultura u t-tradizzjoni jingħaqdu mal-wirt storiku u mal-industrija tal-intrateniment sabiex jattiraw it-turisti,” kompla Dr de Marco.

Huwa temm jgħid li fil-kuntest tal-kriżi internazzjonali li qed tolqot lill-industrija turistika, din l-iskema, flimkien ma’ inizjattivi oħrajn meħudin mill-Gvern fl-aħħar xhur huma mod tanġibbli kif inkomplu ngħinu lill-industrija tiffaċċja din is-sitwazzjoni.

“Sfortunatament, qegħdin inqabblu r-riżultati fit-turiżmu mal-2008, li kienet sena ta’ rekord assolut. Tajjeb li jingħad li fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena qegħdin fl-istess livell tal-2007 – li fiha nnifisha kienet ukoll sena rekord. Dan ifisser li għalkemm mhux se tkun sena faċli, m’għandniex naqtgħu qalbna u konvint li bis-sehem ta’ kulħadd, inkluż dak tal-Kunsilli Lokali, se nkunu kapaċi negħlbu l-isfidi li għandna quddiemna.”

This issue is available at: 0907.


[Main Menu] | [TOP]