[Main Menu] | [TOP]

Summer 2009issue #022

‘FLAG FEAST’ – FESTA TAL-BNADAR - for the 11th – 13th September.

During a well attended press conference held on the last day of August, Parliamentary Secretaries Mario de Marco and Chris Said, as well as Opposition spokespersons Marie Louise Coleiro and Stefan Buontempo officially launched the Festa tal-Bnadar initiative for this year.

The scope of this initiative is to hold a three day event whereby one of our country’s more colourful traditions – the flying of flags from clubs, public buildings and private residences, normally at feast time – is given a nation-wide touch, with thousands of flags being flown across the country’s skyline for a three day period – The 11th – 13th September. This initiative will be carried out with the assistance and support of all the local councils in Malta and Gozo, as well as the band clubs and various associations in the islands’ towns and villages. The initiative should also prove to be a touristic attraction in its own right.


‘FESTA TAL-BNADAR’ – ATTIVITÀ NAZZJONALI LI TIPPROMWOVI TRADIZZJONI ANTIKA

Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni u l-Awtorità tat-Turiżmu qed jippromwovu, l-‘Festa tal-Bnadar’ – attività li tiffoka fuq it-tradizzjoni antika u partikolari ħafna tal-bnadar fuq il-bjut tal-każini, binjiet pubbliċi u residenzi privati. Din se ssir fi tmiem il-ġimgħa bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru 2009.

Id-dettalji tal-attività ngħataw waqt Konferenza tal-Aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu, l-Onor. Marie Louise Coleiro Preca; u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali, l-Onor. Stefan Buontempo.

Dr de Marco qal li hekk kif l-istaġun tal-festi beda joqrob lejn tmiemu, qed tkun promossa din l-attività sabiex f’kull belt u raħal, f’dan it-tmiem il-ġimgħa partikolari, id-dilettanti kollha jingħaqdu flimkien u jieħdu sehem billi jtellgħu l-bnadar fuq il-bjut. Hu sostna li attivitajiet bħal dawn jgħinuna nkomplu nimirħu u nsibu modi ġodda kif nippromwovu ‘l pajjiżna bħala destinazzjoni turistika unika fejn it-turist jista’ jesperjenza xi ħaġa li m’hu se jsib bħala mkien ieħor.

Dr de Marco temm jgħid li din l-attività se tiffoka fuq l-għaqda, fejn ilkoll bi bnadar differenti se nkunu qed niċċelebraw tradizzjoni unika li tidentifikana bħala Maltin.

Dr Said qal li din l-attività se tgħaqqad flimkien id-dilettanti kollha tal-bnadar u hekk noħolqu attrazzjoni mhux biss għat-turisti iżda wkoll għall-Maltin u l-Għawdxin. Huwa qal li din hija tradizzjoni unika u, mżejjna bid-drawwa tad-dwal fuq l-arbli, hija xi ħaġa li għandna nibżgħu għaliha u nimmassimizzaw il-potenzjal tagħha.

Dr Said qal li l-kunsilli lokali għandhom rwol importanti ħafna fil-ħarsien u t-tisħiħ tal-patrimonju kulturali u qal li t-tradizzjoni tal-bnadar hija patrimonju mportanti ħafna għal pajjiżna u l-kunsilli lokali għandhom ikunu minn ta’ quddiem biex iħarsuha u jsaħħuha. Huwa semma kif il-Gvern qed jgħin lil kunsilli lokali jissalvagwardjaw l-identità tal-lokalitajiet permezz ta’ inizjattivi bħall-iskema tal-attivitajiet kulturali li għas-sena d-dieħla se jkollha budget ta’ €250,000.

Dr de Marco u Dr Said appellaw lid-dilettanti kollha sabiex jieħdu sehem f’din l-attività, bit-tama li jekk din tikseb is-suċċess mixtieq, tidħol bħala attività annwali oħra fil-kalendarju kulturali tant importanti - kemm għalina bħala Maltin u kemm għat-turiżmu lejn pajjiżna.

This issue is available at: 0907.


[Main Menu] | [TOP]