[Main Menu] | [TOP]

Summer 2009issue #022

© MTA - Jurgen Scicluna

The MTA to extend tourist information office network

During a press conference held in Mellieha, Parliamentary secretary for Tourism, Mario de Marco, officially inaugurated the first new Tourist Information Office (TIO) to be set up jointly between the Malta Tourism Authority and a Local Council, in this case the Mellieha council.

Parliamentary Secretary Hon. Mario de Marco presenting the EDEN award to Mellieħa mayor, Mr Robert Cutajar

© MTA - Jurgen Scicluna

The new TIO is situated just outside the Mellieha Sanctuary, with ample signage put up across the locality allowing for easy access. Dr de Marco announced that the MTA would be extending its TIO network in the coming weeks and months, with the next Tourist Information Office scheduled to open being in Mdina, housed within the prominent and historic Torre Dello Stendardo, just inside Mdina gate. Talks were also underway with other local councils in tourism zones to set up similar TIOs. Dr de Marco said that Tourist Information Offices were an important part of our product offer and provided an essential service to visitors. He also mentioned that there were thirteen hotels in the Mellieha area, with approximately 5,000 beds, or 14% of the total available bedstock in the Maltese islands. At the close of the press conference, Dr. de Marco presented Mellieha Mayor, Robert Cutajar, with the national EDEN – European Destination of Excellence award.

© MTA - Jurgen Scicluna

L-AWTORITÀ TAT-TURIŻMU F’ĦIDMA SABIEX TKATTAR IN-NETWERK TAL-UFFIĊĊJI TAL-INFORMAZZJONI GĦAT-TURISTI

L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) bħalissa għaddejja bi pjan sabiex testendi n-netwerk tal-uffiċċji tal-informazzjoni għat-turisti sabiex ikunu koperti aħjar iż-żoni turistiċi kollha ta’ pajjiżna. Dan qed isir permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali f’lokalitajiet fejn hemm bżonn li tissaħħaħ il-preżenza ta’ dawn l-uffiċċji għas-servizz tat-turisti li jżuruna.

Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco qal dan meta kien qed iżur l-uffiċċju tal-informazzjoni għat-turisti fil-Mellieħa, fejn ippreżenta wkoll lis-Sindku, is-Sur Robert Cutajar, bil-Premju nazzjonali tal-EDEN – European Destination of Excellence.

Hu qal li l-Mellieħa hija lokalità importanti mill-aspett turistiku, bi 13-il lukanda – total ta’ kważi 5,000 sodda jew 14% tas-sodod kollha li għandna f’pajjiżna. Dan kien ikkonfermat ukoll bir-rebħ tal-premju EDEN – programm tal-Kummissjoni Ewropea li jippromwovi fuq il-valuri, id-diversità u l-karatteristiċi ta’ diversi destinazzjonijiet Ewropej billi jippremja dawk il-postijiet li qed jipprovaw jiksbu tkabbir ekonomiku billi jassiguraw turiżmu li jkun soċjalment, kulturalment u ambjentalment sostennibbli.

“Dan il-premju jiffoka fuq il-karatteristiċi li għandha l-Mellieħa bħala lokalità, fejn qed ikunu promossi mingħajr ma kienu sfruttati b’mod irreversibbli. Ir-raħal irnexxielu jkun ta’ eżempju kif ikunu promossi żoni li huma protetti – bħal m’huma l-inħawi rurali, s-siti arkeoloġiċi, il-wirt storiku, il-park naturali u l-kunċett tal-agro-turiżmu – bħala karatteristiċi ewlenin. Fuq kollox, qed juru kif il-prinċipji tat-turiżmu sostenibbli verament jista’ jitħaddem b’suċċess,” żied jgħid Dr de Marco.

Meta tkellem dwar l-uffiċċji tal-informazzjoni għat-turisti, is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali partikolari, l-ewwel numru ta’ uffiċċji ta’ informazzjoni għat-turisti se jsiru fil-Mellieħa u fl-Imdina, filwaqt li hemm ħsieb li jinbdew diskussjonijiet ma’ Kunsilli Lokali f’lokalitajiet oħrajn. Hu żied jgħid li ntgħażlu postijiet strateġiċi bħal m’huma triq prinċipali jew landmark prominenti fil-lokalità. Fil-fatt, fil-Mellieħa l-uffiċċju qiegħed eżatt ħdejn is-Santwarju, filwaqt li fl-Imdina se jkun fit-Torri tal-Istandard ħdejn il-bieb prinċipali tal-Imdina sabiex ikunu f’qagħda li jilħqu l-akbar numru ta’ turisti possibbli.

Il-ftehim mal-Kunsilli Lokali jinkludi, fost l-oħrajn, li l-Kunsill jipprovdi l-bini, linja tat-telefon u x-xogħlijiet meħtieġa sabiex ikun irranġat il-post, filwaqt li l-MTA tipprovdi l-istands, l-apparat meħtieġ u s-signage tal-post, u fuq kollox il-materjal ta’ informazzjoni.

Dr de Marco temm jgħid li huwa l-għan aħħari tal-MTA li dawn l-uffiċċji ta’ informazzjoni eventwalment ikunu amministrati u mmexxija min-nies mill-istess lokalità, wara li jingħataw it-taħriġ meħtieġ mill-MTA. B’hekk se jinħoloq network aktar estensiv u effiċjenti ta’ numru ta’ uffiċċji ta’ informazzjoni għat-turisti madwar Malta u Għawdex.

This issue is available at: 0907.


[Main Menu] | [TOP]