Sports Tourism Scheme 2009 generates 22,000 bed nights
During a press conference addressed jointly by Parliamentary Secretary for Tourism, Mario de Marco, and Parliamentary Secretary for Youth and Sport, Clyde Puli, representatives from 22 Maltese Sports federations and associations were presented with the agreements related to the Sports Tourism scheme for 2009.
These 22 associations will have organized 35 sport initiatives and events throughout the year, bringing over participants from overseas that, comprehensively, will have generated just under 22,000 bed nights in local hotels, also translated into an approximate expenditure of Eur. 1.2 million. The government’s outlay, in relation to the 35 events approved so far, amounts to Eur.91,000. Next year the Sports Tourism fund is expected to reach Eur. 250,000. Applications for the 2010 Sports Tourism scheme are to be issued in the coming weeks.

22 GĦAQDA SPORTIVA JIBBENEFIKAW MILL-ISKEMA TA’ INĊENTIVI GĦAL TURIŻMU SPORTIV.
22 għaqda sportiva se jkunu qed iġibu lejn Malta ftit anqas minn 22,000 bednight. Għal dan il-għan il-Gvern se jkun qed jagħti madwar €90,000 f’għajnuna lil dawn l-għaqdiet sportivi li bejniethom organizzaw 35 attività bis-sehem ta’ sportivi internazzjonali.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport. F’din l-attività, is-Segretarji Parlamentari Mario de Marco u Clyde Puli ppreżentaw il-kuntratt lil dawn it-22 għaqda sportiva li gawdew minn din l-iskema.
Is-Segretarju Parlamentari Mario de Marco qal li l-fatt li 22 għaqda, assoċjazzjoni jew federazzjoni sportiva diġà qed jieħdu sehem fl-iskema fi żmien ftit xhur, mhux biss turi kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni tal-Gvern li jwettaq din l-iskema, imma wkoll kemm l-għaqdiet sportivi tagħna jafu jieħdu l-opportunitajiet li jingħataw. Huwa qal li l-kważi 22,000 bednights li se jkunu ġġenerati b’dawn l-avvenimenti sportivi jfissru dħul ta’ kważi €1.2 miljun.
“Kif kulħadd jaf, f’dan il-qasam, aħna diġà għandna numru ta’ attivitajiet ta’ livell għoli u ta’ preġju li jsiru f’pajjiżna ta’ kull sena, bħal m’huma l-Maratona ta’ Malta li tiġbed aktar minn 1,000 atleta, ir-Rolex Middle Sea Race bi 80 jott, u kif ukoll il-Powerboat P1 Grand Prix. Skond stħarriġ tal-MTA, is-sena l-oħra, kellna aktar minn 80,000 turist li ġew Malta apposta biex jippratikaw xi sport. 50,000 minnhom ġew għad-diving,” sostna Dr de Marco.
Huwa żied jgħid li minbarra dan, qed naraw kif l-isponsorship tat-tim tal-futbol Ingliż Sheffield United mill-MTA qed iħalli l-frott mixtieq, mhux biss fil-promozzjoni ta’ pajjiżna fir-Renju Unit, imma wkoll billi ż-żewġ tims minn din il-belt ġew għal training camps f’pajjiżna akkumpanjati minn numru mdaqqas ta’ supporters; u dan ukoll huwa riżultat pożittiv marbut direttament mal-isport.
Dr de Marco temm jgħid li li bl-iskema li llum bdejn naraw l-ewwel frott tagħha, qed ngħinu lill-għaqdiet sportivi sabiex jagħmlu użu min-netwerks internazzjonali tagħhom u jidħlu għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet internazzjonali li permezz tagħhom jiżiedu t-turisti li jiġu Malta għal dan il-għan.
Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli qal li huwa jinsab sodisfatt li l-għaqdiet sportivi qed iwieġbu għas-sejħa li qed jagħmlilhom il-Gvern biex jingħaqdu miegħu u jinvestu fl-iżvilup ta’ suq ta’ turiżmu sportiv.
Clyde Puli stqarr li huwa jemmen li dan is-suq jista’ jkompli jiżviluppa fi snin li ġejjin hekk kif aktar għaqdiet sportivi jitgħallmu jagħmlu użu aħjar mill-iskema u mill-kuntatti internazzjonali tagħhom.
Clyde Puli sostna li t-22 għaqda sportiva se jtellgħu bejniethom 35 attività li se joffru opportunità ta’ finanzjament ieħor lill-għaqdiet u esperjenza u kisba ta’ valuri lill-atleti li huma jirrapreżentaw
Iż-żewġ Segretarji Parlamentari ħabbru wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin din l-iskema mistennija terġa tinfetaħ għall-attivitajiet li jistgħu jsiru matul l-2010. L-iskema ser tiftaħ aktar kmieni sabiex l-għaqdiet sportivi ikollhom aktar ċans li jippjanaw u jikkompetu biex jattiraw lejn pajjiżna attivitajiet sportivi bħal logħob kompetittiv, training camps u konferenzi.
Il-finanzjament tal-iskema se jkunu qed joħroġ nofs mill-Kunsill Malti għall-Isport u nofs mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Matul l-ewwel sena ta’ din l-iskema, il-fond allokat se kien ta’ €100,000. Mis-sena d-dieħla l-ammont se jkun ta’ mhux anqas minn €250,000 fis-sena.
This issue is available at: 0907.