[Main Menu] | [TOP]

May/June 2009issue #021

The Hon. Mario de Marco, Parliamentary Secretary for Tourism, and the Hon. Clyde Puli, Parliamentary Secretary for Youth and Sports, address News Conference to launch this year’s edition of the ‘Valletta Grand Prix – Historic & Classic Car Event’ at the Auberge d’Italie, Valletta on 22 April 2009.DOI, Martin Attard

Valletta Grand Prix – Historic & Classic Car Event

The 1st edition of the Valletta Grand Prix and Classic Car event, took place between the 14th and the 17th of May. The event was a delight to classic car enthusiasts in general. The owners of such cars participating in the event, had the exhilarating experience of racing round Valletta’s ring road in time trials. The spectators could enjoy the beauty of these classics racing round Valletta in a sight not to be seen often. There was also the opportunity to have a closer look when these cars were on show in static displays in Republic Street.

On the other hand in Freedom Square, car lovers could prowl around a number of stands showing off the latest vehicle models available on the market; offering a stark contrast to the models a little further down the road. This event was supported by the Secretariat for Youth and Sport, together with the Malta Tourism Authority and Secretariat for Tourism, and is earmarked to become an annual event, and hopes to attract international participation in the future.


Imniedi l-Valletta Grand Prix Historic & Classic Car Event

Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli llum waranofsinhar niedew il-Valletta Grand Prix Historic & Classic Car Event, li se jsir bejn il-Ħamis 14 u l-Ħadd 17 ta’ Mejju. Din l-attività qed issir mill-Fondazzjoni Valletta Grand Prix.

Is-Segretarju Parlamentari de Marco qal li attivitajiet simili huma importanti għat-turiżmu tagħna u li l-istrateġija tal-Gvern hija li jkollna kalendarju ta’ attivitajiet dejjem għaddej, aġġornat u innovattiv.

“Dawn l-avvenimenti jvarjaw minn dawk fuq skala nazzjonali bħal Isle of MTV li ħabbarna aktar kmieni din il-ġimgħa, għal dawk fuq skala lokali imma b’impatt nazzjonali u turistiku, bħal ma kien il-Festival Medjevali fl-Imdina fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Dawn l-avvimenti huma importanti, mhux biss għalina l-Maltin, imma anke wkoll għat-turiżmu,” kompla Dr de Marco. Hu żied jgħid li dan qed iwassal ukoll sabiex it-tour operators ikunu aktar innovattivi fil-vjaġgi li jorganizzaw, sabiex jindirizzaw lil dan it-tip ta’ klijent.

Dwar it-turiżmu sportiv, Dr de Marco qal li dan huwa segment importanti u li jattira madwar 80,000 turist, bl-iktar wieħed popolari jkun dak tal-iskuba diving.

Is-Segretarju Parlamentari, Clyde Puli qal li l-Valletta Grand Prix se tkun attività li se tkun tista’ titgawda minn eluf ta’ entużjasti Maltin, fl-istess ħin titgawda minn turisti li jkunu fostna. Hu qal li attivitajiet sportivi bħal dawn mhux biss jipprovdu prodott turistiku aħjar, iżda fi żminijiet diffiċli fl-ekonomija globali, attivitajiet sportivi bħal Valletta Grand Prix, jistgħu jagħtu kontribut lill-ekonomija Maltija, b’mod partikolari bit-turiżmu sportiv. Hu semma kif fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jitħabbru aktar attivitajiet sportivi ta’ dan il-livell u skema mħejjija mill-Kunsill Malti għall-Isport u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex tinċetiva l-isport biex ikompli jattira dejjem aktar turisti lejn pajjiżna.

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni, is-Sur Joe Zammit Tabona qal li l-Fondazzjoni twaqqfet dan l-aħħar bl-appoġġ tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, l-Kunsill Malti għall-Isport u l-Kunsill Lokali Valletta. Hu qal li għal din is-sena l-attività se tkun waħda b’vetturi ta’ sidien lokali, għalkemm huwa l-ħsieb li l-edizzjoni tas-sena d-dieħla jkun hemm ukoll parteċipanti barranin. Dan se jsir permezz ta’ attivitajiet u promozzjoni barra minn Malta għal dan l-avveniment li għandu l-potenzjal li jolqot in-numru kbir ta’ dilettanti f’dan il-qasam.

Is-Segretarju tal-Fondazzjoni, is-Sur Charles Zahra ta d-dettalji ta’ din l-attività li se tkun tinkludi time race u esibizzjonijiet b’vetturi minn diversi epoki f’diversi inħawi tal-Belt Valletta.

This issue is available at: 0905.


[Main Menu] | [TOP]