[Main Menu] | [TOP]

March/April 2009issue #020

L-R Mr Josef Formosa Gauci, Dr de Marco, Peter Portelli © 2009 MTA - Jurgen Scicluna

Isle of MTV Malta 2009 - acts announced

In a press conference held at the MTA head office in Valletta, on 20th April, the line up for the 3rd edition of the Isle of MTV mega concert was announced by Parliamentary Secretary Dr Mario De Marco. This year’s event will take place on the 8th of July and like last year will be the fitting closure to the Malta Music Week.

In research conducted by MTV Networks Europe during the 2008 edition of Isle of MTV, 41% of tourists interviewed said that this concert played a part in their decision to visit Malta; 99% stated that Malta reached or exceeded their expectations; 80% agreed that the Isle of MTV made Malta more ‘cool’; 85% agreed that the concert makes Malta more attractive for them and their friends; 83% agreed that the Isle of MTV made Malta more of a tourism destination; and 74% agreed that Isle of MTV would compel them to book a holiday to Malta. This exposure was garnered through advertsing on the MTV stations and the dedicated website www.isleofmtv.com which experienced 37% more hits in 2008.

Line-up

This year’s line up includes The Black Eyed Peas, Lady Gaga who since last year’s MTV concert has hit the charts with huge success, Metro Station, and the Dutch singer-song writer Esmee Denters and promises to be a massive hit.


IMĦABBRA D-DETTALJI GĦALL-KUNCERT ‘ISLE OF MTV’ F’LULJU LI ĠEJ

Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-On Dr Mario de Marco, dalgħodu ħabbar li għat-tielet sena konsekuttiva, pajjiżna se jospita l-manifestazzjoni mużikali Isle of MTV li se ssir nhar l-Erbgħa 8 ta’ Lulju fuq il-Fosos tal-Floriana, bħala parti mill-Malta Music Week.

Dr de Marco qal li din l-inizjattiva qed tkun organizzata mill-Gvern, l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta u l-MTV u li għal darb’oħra hu mistenni li jkun hemm qrib il-50,000 ruħ li jattendu għal dan il-kunċert – kemm Maltin u barranin.

Huwa tkellem dwar il-kunċert tas-sena l-oħra u qal li stħarriġ magħmul mill-MTV stess indika li 41% tat-turisti intervistati qalu li dan il-kunċert kellu sehem fid-deċiżjoni li jżuru Malta.; 99% minnhom qalu li Malta laħqet jew eċċediet l-aspettativi tagħhom; 80% jaqblu li l-‘Isle of MTV’ jagħmel lil pajjiżna aktar ‘cool’; 85% jaqblu li l-kunċert jagħmel lil Malta attraenti għalihom u għal ħbiebhom; 83% jaqblu li l-‘Isle of MTV’ iġġiegħlhom iqisu l-Malta bħala destinazzjoni turistika; u 74% jaqblu li l-‘Isle of MTV’ iggiegħlek tibbukkja btala għal Malta.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-kunċert u pajjiżna jingħataw ħafna promozzjoni fuq l-istazzjonijiet tal-MTV u kif ukoll b’kompetizzjonijiet bi premju li jsiru. Hu tkellem ukoll dwar il-websajt www.isleofmtv.com, li s-sena l-oħra kellha żieda ta’ 36% fin-numru ta’ viżitaturi, u żieda ta’ 78% fl-ammont ta’ ħin medju li wieħed qatta’ fuq il-websajt.

Dwar l-artisti mistednin għal din is-sena, Dr de Marco ħabbar li dawn se jkunu l-grupp The Black Eyed Peas, il-kantanta Lady Gaga – li għamlet suċċess kbir fil-kunċert tas-sena l-oħra, il-grupp Metro Station u l-kant-awtriċi Olandiża Esmee Denters.

Hu sostna li dan l-avveniment għandu żewġ għanijiet prinċipali mill-aspett ta’ promozzjoni turistika. L-ewwel li l-kunċert fih innifsu jġib Malta numru ta’ żgħażagħ barranin sabiex ikunu preżenti għal din il-manifestazzjoni grandjuża ta’ mużika ewlenija fl-Ewropa. L-aspett ieħor huwa dak li l-promozzjoni ta’ pajjiżna tibqa’ għaddejja sa Settembru meta jixxandar il-kunċert.

Dr de Marco tenna li dan ikompli jippromwovi ‘l pajjiżna b’mod ġenerali mal-ġenerazzjonijiet iż-żgħar, li huma suq ferm importanti għalina bħala destinazzjoni turistika.

Huwa qal li matul l-2008, kellna żieda ta’ aktar minn 16% ta’ persuni li għandhom anqas minn 25 sena li żaru pajjiżna, u li ż-żieda bejn Lulju tal-2006 (meta ma sarx il-kunċert) għall-2008 kienet ta’ aktar minn 12,000 ruħ.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, is-Sur Josef Formosa Gauci qal li dan l-avveniment qed jingħata ħafna promozzjoni mill-uffiċċji u mir-rappreżentanti tal-MTA, b’mod speċjali ma’ ġurnalisti u mat-tour operators. Fil-fatt, dawn tal-aħħar kienu qed jistennew it-tħabbir tal-kantanti u gruppi li se jiġu fostna sabiex iniedu l-offerti u l-packages tagħhom. L-MTA se tkun qed ixxandar riklam ukoll fuq l-istess MTV biex isaħħaħ il-promozzjoni ta’ pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari temm billi rringrazzja lill-Kunsill Lokali Floriana, il-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Awtorità dwar it-Trasport, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Publiku, it-Taqsima tas-Saħħa, is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, u s-St John’s Ambulance għall-kontribut tagħhom biex ikun jista jseħħ dan l-avveniment.


Resources:

This issue is available at: 0903.


[Main Menu] | [TOP]