[Main Menu] | [TOP]

October 2007issue #007

Notes:

  1. No main Picture + Caption

caption

Vot rekord għas-settur turistiku

Fl-24 ta’ April ta’ din is-sena l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda is-supercities.eu website.

L-International Communications Corporation issa ser tmur pass ’l quddiem. Mit-tnedija tal-website ’l hawn din il-kumpannija bdiet tiffilmja l-lukandi u l-infrastruttura turistika f’Malta biex tpoġġihom fuq is-sit tagħha www.supercities.eu u għall-website tal-MTA www.visitmalta.com

Dan hu proġett innovattiv li permezz tiegħu l-lukandi ta’ Malta se jidhru b’film u dokumentarju fuq is-sit. Ser ikun hemm ukoll dokumentarju qasir dwar is-settur ta’ l-akkomodazzjoni f’Malta.

Is-sit www.supercities.eu hu ħolqien ta’ Joe Grima, personalità stabbilita fil-qasam televiżiv u tar-radju f’Malta u li għandu esperjenza vasta fil-qasam turistiku. Il-proġett għandu l-appoġġ ta’ l-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta, li qed jisponsorjaw il-website. L-MHRA u l-GRTU taw l-appoġġ tagħhom.

Il-ftehim tal-lum qed iwassal il-proġett supercities pass ieħor ’il quddiem. Minbarra l-lukandi u r-ristoranti The Internatiomal Communications Corporation se jibdew jiffilmjaw ukoll attrazzjonijiet kulturali fosthom mużewijiet, tempji u teżori ta’ arti. Permezz ta’ dan il-ftehim ħaddiema tal-PBS, sħab fl-iffilmjar ma’ International Communications Corporation ingħataw permess minn Heritage Malta li jiffilmjaw attrazzjonijiet kulturali għal dawk li jridu jarawhom fuq l-internet.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda din ż-żieda ta’ l-attrazzjonijiet kulturali fil-www.supercities.eu. Hu qal li s-suċċess tas-settur turistiku kien intrisikament marbut mal-prodott li noffru u żied li l-promozzjoni ta’ dak li għandna kienet parti minn dan il-prodott. Hu tenna li kien għalhekk importanti li nippromwovu b’mod tajjeb dak li għandna. Hu qal li l-attrazzjonijiet kulturali kienu assi mill-aktar importanti f’kull promozzjoni ta’ pajjizna.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura rringrazzja lill-International Communications Corporation u lil Joe Grima għal din l-inizjattiva tagħhom li qed tikkontribwixxi b’mod sħiħ lejn il-promozzjoni ta’ pajjiżna. Hu qal li jirriżulta li dan is-sit kien diġa patronizzat minn internet surfers li jżuruh minn għadd ta’ pajjiżi fid-dinja għaliex ikunu qed ifittxu destinazzjoni li jridu jżuru. Hu qal li l-aqwa 10 pajjiżi li minnhom ġew reġistrati ‘hits’ kienu r-Renju Unit, Ġermanja, Italja, Franza, Stati Uniti, Svezja, Belġju, Spanja u l-Olanda. L-Awstralja, Fillandja, Norveġja u Irlanda huma ħafna qrib l-ewwel 10. Hu tenna li jekk wieħed iħares lejn din il-lista jsib li hemm relazzjoni mal-pajjiżi li minnhom jiġu l-aktar turisti lejn Malta u ma’ l-isforzi li qed isiru biex nattiraw turisti minn pajjiżi oħra, anke permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ low cost carriers. Hu qal li fost dawn il-pajjiżi ‘ġodda’ hemm Spanja u l-Irlanda.

'Wara budget rekord għas-settur turistiku din is-sena, l-Gvern qed jivvota somma oħra rekord għall-2008. Il-vot għas-sena d-dieħla hu ta’ Lm16.8 miljun (€39.1 miljun). Il-Gvern qed jivvota Lm10.5 miljun (€24.5 miljun) biex l-MTA tkompli bil-ħidma tagħha, żieda ta’ Lm2.5 miljun (€5.8 miljun) maħsuba biex tappoġġja l-linji ta’ l-ajru low cost, għal reklamar aktar intensiv u biex nappoġġjaw lit-tour operators. Barra minn dawn il-flus kollha l-Gvern qed jalloka wkoll Lm5 miljun (€11.6 miljun) għal titjib fil-prodott turistiku, li jinkludi investiment f’faċilitajiet ta’ siti storiċi u żvilupp ta’ bajjiet fosthom il-proġett ta’ Buġibba,' qal il-Ministru Zammit Dimech.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li fil-budget għas-sena d-dieħla hemm ukoll 10 miżuri favur il-qasam kulturali u bl-iskop li nippromwovu u nappoġġjaw l-oqsma kreattivi u artistiċi.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-qasam kulturali kien wieħed min-niċeċ l-aktar importanti tas-settur turistiku. Hu qal li dan il-qasam fl-2006 attira lejn pajjiżna 150,000 turist, jew aktar minn 13 fil-mija tat-turisti kollha li jżuruna. Hu qal li jirriżulta wkoll li aktar minn 90 fil-mija tat-turisti kollha li jiġu Malta jżuru l-belt Valletta fejn hemm konċentrazzjoni kbira ta’ attazzjonijiet kulturali, artistiċi u storiċi tant li l-kapitali ta’ pajjiżna ġiet rikoxxuta bħala wirt dinji. Hu qal li żewġ lokalitajiet oħra b’konċentrazzjoni kbira ta’ storja, l-Imdina u l-Kottonera jżuruhom madwar 70 u 28 fil-mija rispettivament tat-turisti li jiġu Malta. Hu qal li l-Gvern kien qed jagħmel minn kollox biex mit-turisti li jiġu Malta numru dejjem akbar jżuru l-Kottonera. Hu qal li jirriżulta li dawn l-isforzi diġa qed jagħtu riżultati.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura faħħar il-kollaborazzjoni li teżisti bejn il-International Communications Corporation u l-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta u li wasslet biex seta’ jiġi realizzat dan il-proġett filwaqt li awgura kull suċċess għal din l-inizjattiva.

This issue is available at: 0710.


[Main Menu] | [TOP]